Wednesday, February 21, 2007

Lilljanata

Ilbierah fis-7:45pm t’hawnhekk intfajt nara il loghba Lille – Utd, kif naghmel kull darba li jkun hemm ic Champions League.

Bhala loghba nahseb kienet dominate ghal hafna hinijiet mil Utd, fej kellhom bosta opportunitajiet ta skor specjalment Ronaldo, Larsonn, Giggs u Rooney. U meta dahal Saha flok Ronaldo, li jien ma qbiltx ma din is sostituzzjoni ghax Ron kien qed jilghab loghba tajba hafna, kompla jizdied il potenzjal fl-attakk. Il lille, taqta lil Bodmer u lil dak in Nigerjan, ma kellhom xej specjali u nahseb il gowler taghhom Sylva kien l-eroj meta zammhom ghal hafna hin fil loghba.

Il gowls
Fuq il gowls hemm hafna polemiki. Il gowl tal-Lille li gie mhassar, jekk kien ikun hemm 100 referee, 60 minnhom kienu jikkonvalidawh u 40 le. Kienet purament decizjoni ta split second. Ir replays urew li kien hemm imbuttatura fuq Vidic, pero naraw hafna minn dawn ukoll, u hafna drabi il gowls jigu konvalidati. Pero il lajnsmen kien f’pozizzjoni tajba u dehrlu li jahssar il gowl. Fuq il gowl tal-Utd, nahseb kien gust li thalla. Kif qal Ray Houghton fuq il kummentarju tal-NTL, it-tim li qed jattakka jigi favorit f’daw is-sitwazzjonijiet. Fl-opinjoni tieghi, la Lille ma talbux it-tisfira tar-referee, ghalinqas hekk deher, Giggs kellu kull dritt li jaghtih mil ewwel.

Sigurta
Kif wiehed seta jara, is-sigurta kienet fjakka hafna u nirringrazzjaw l-Alla li ma nqalax xi massakru iehor tipo Heysel. Kif wiehed seta jara minn fuq it-tv, kien hemm mument li is-supporters tal-Utd kienu ippakkjati qishom ‘sardines’. Ma tistax tigini f’halqi il kelma Maltija. Biex tkompli taxxaq, il puluzija sprejaw il gass tad-dmugh u iktar iggravaw is-sitwazzjoni. Dan sahansitra affettwa lil Van Der Saar li moment minnhom kien anke deher li seta jinbidel meta Kusack bed ail warming up. Is supporters inglizi maghrufin ghal huliganizmu taghhom, pero xi hag hekk zgur li tirribellahom iktar! Skond kif qalu ir-rapporti, dan gara ghax infethu il gates tas-sezzjoni fej kien hemm is supporters tar-red devils, u dan iggrava is-sitwazzjoni. Nahseb jekk ma jkunx hemm penalizzazzjoni kbira, il UEFA tkun qed timxi ‘2 ways 2 measures’. Biex ma nghidux ukoll li wara il gowl ta Giggs, bdew jintefaw ‘missili’ gol grawnd u mument minnhom kien se jbati minnha Gary Neville.

Farsa
Biex ikomplu ikabbru il farsa tejatrali, il plejers tal-Lille iddecidew li huma ikbar mir-referee u war ail gowl ta Giggs dehrlu li se jabbandunaw il grawnd. Skond ic-cermen tal-Lille, hemm ligi fi Franza li jekk il-plejers jew il kowc jidrilhom li kien hemm decizjoni harxa maghhom, jistaw johrogu mil grawnd, biex ir-referee jigi sostitwit mir-raba ufficjal. Jekk veru tezisti din il ligi, veru ligi tal-gungla.

Nahseb din il partita se tibqa miftakra aktar ghal affarjiet li graw fuq l-istands u l-kummidji Lilljaniti milli ghar-rebha meritata tal-Utd.

No comments: